Kooperazzjoni Internazzjonali tal-EASA

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Bħala waħda mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ewlenin madwar id-dinja, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) taħdem biex tiżgura li l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE għas-sikurezza u s-sostenibbiltà jiġu ssodisfati, mhux biss fl-Ewropa iżda f’livell globali. Tippromwovi wkoll kondizzjonijiet ekwivalenti għall-industrija tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

Is-sikurezza tal-avjazzjoni hija sforz internazzjonali kooperattiv u ma tiqafx fil-fruntieri, fuq l-art jew fl-ajru. Sabiex tiżgura s-sikurezza tal-passiġġieri tal-ajru fuq livell globali, l-EASA tissieħeb bl-istess mod ma’ organizzazzjonijiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.

Billi rrikonoxxiet il-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea u qieset l-impatt tal-COVID-19, l-EASA saħħet l-istrateġija tagħha għall-kooperazzjoni internazzjonali, bil-għan li tikseb is-sikurezza u s-sostenibbiltà.

L-ixprunaturi ewlenin tagħna

Il-kooperazzjoni Internazzjonali tal-EASA tkopri erba’ gruppi ewlenin:

Is-Sikurezza tal-Avjazzjoni Globali
Is-Sikurezza tal-Avjazzjoni Globali

“... jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-avjazzjoni globali, fl-interess taċ-ċittadini u l-industrija.”

Sikurezza-UE-Standards-Ambjentali
Sikurezza tal-UE & Standards Ambjentali

"... jippromwovu s-sikurezza u l-istandards ambjentali tal-UE u l-għarfien espert biex jikkontribwixxu għal avjazzjoni aktar sikura u aktar ekoloġika madwar id-dinja.

Kondizzjonijiet-ekwivalenti
Kondizzjonijiet Ekwivalenti għall-industrija

“... jistabbilixxu kondizzjonijiet ekwivalenti għall-industrija u jgħinu biex jitneħħew l-ostakli tas-suq.”  

Sħubija-b’saħħitha-madwar id-dinja
Sħubija b’Saħħitha madwar id-Dinja

““…jipprovdu benefiċċju sostenibbli lill-pajjiżi sħab u lill-UE biex tinbena sħubija b’saħħitha madwar id-dinja.”

 

Preżenza globali tal-EASA

Il-biċċa l-kbira tal-forza tax-xogħol tal-EASA ta’ madwar 850 espert tal-avjazzjoni u amministraturi jaħdmu mill-kwartieri Ewropej tagħha ġo Cologne u Brussell, iżda l-EASA għandha wkoll rappreżentanzi permanenti f’partijiet oħra tad-dinja biex jappoġġaw in-network tas-sikurezza globali. Dawn jinsabu eqreb tal-“azzjoni”. Agħti ħarsa lejn il-mappa biex tara r-rappreżentanzi globali tal-EASA.

Uffiċċji-tar-Rappreżentanza-tal-EASA

Rappreżentanza permanenti addizzjonali hi ppjanata għall-Belt tal-Panama, biex isservi lir-reġjuni tal-Amerika Latina u tal-Karibew.

Barra minn hekk, hemm uffiċċji tal-proġetti fil-Costa Rica, is-Senegal, it-Tajlandja, is-Sri Lanka u ż-Żambja. Dawn l-uffiċċji tal-proġetti huma ta’ natura aktar temporanja u jeżistu biex iservu proġetti speċifiċi. Peress li l-persunal tagħhom huwa magħmul minn kuntratturi, dawn ma jeħtiġux li l-persunal innifsu tal-EASA jkun fuq il-post.

ICAO & EASA - sħab tas-sikurezza tal-avjazzjoni globali

Fuq livell globali, l-EASA tikkoopera wkoll mill-qrib mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), Aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti, fuq firxa wiesgħa ta’ suġġetti tal-avjazzjoni. Fost kompiti oħra, l-EASA tappoġġa lill-Istati Membri tagħha fl-implimentazzjoni tal-istandards tal-ICAO, u taħdem mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Istati Membri tal-EASA fir-rigward tal-koordinazzjoni ta’ pożizzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet tal-ICAO. Din is-sħubija b’saħħitha mal-ICAO tappoġġa l-involviment internazzjonali tal-EASA f’suġġetti ewlenin bħall-ambjent, is-sigurtà, is-saħħa u s-sikurezza.

Appoġġ Reġjonali tal-EASA - 7 reġjuni fuq 5 kontinenti

L-EASA timplimenta firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li jkopru seba’ reġjuni fuq ħames kontinenti. Kull reġjun huwa differenti u ma hemm l-ebda approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” li japplika għalihom kollha. L-EASA taħdem ma’ organizzazzjonijiet reġjonali individwali differenti u tistqarr li tiżgura kooperazzjoni benefiċjarja.

Agħti ħarsa lejn ir-reġjuni differenti, li jagħtu ħarsa ġenerali fil-qosor lejn l-objettivi u l-involviment fir-reġjuni differenti tal-EASA.

L-Amerika ta’ Fuq

 

 
L-Istati Uniti tal-Amerika

L-objettivi tal-EASA: li tiġi promossa sħubija fdata u armonjuża u li jiġi ffaċilitat l-iskambju reċiproku ta’ prodotti ajrunawtiċi.

L-involviment tal-EASA & l-preżenza fuq il-post:

Ir-rwol tar-rappreżentant tal-EASA f’Washington DC huwa li jtejjeb il-kooperazzjoni mal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (FAA), istituzzjonijiet oħra tal-Istati Uniti, u l-industrija tal-avjazzjoni tal-Istati Uniti. L-għan ewlieni huwa li tiġi spjegata u promossa s-sistema tal-UE, l-inizjattivi u l-programmi tal-EASA. Il-bażi tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni hija stabbilita mill-Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni (BASA), li ġie kkumplimentat kontinwament mill-iffirmar inizjali tiegħu permezz ta’ annessi ġodda u proċeduri ta’ implimentazzjoni aġġornati. Jeżistu arranġamenti aktar speċifiċi oħra biex jappoġġaw l-industrija tal-avjazzjoni dejjem aktar globalizzata.

Il-Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni (BASA) bejn l-Istati Uniti u l-UE daħal fis-seħħ f’Mejju 2011.

Il-Kanada u l-ICAO

L-objettivi tal-EASA għall-ICAO: 
Fl-ICAO, l-EASA għandha tiġi rikonoxxuta bħala Organizzazzjoni Reġjonali ta' Sorveljanza tas-Sikurezza, li tirrappreżenta reġjun Ewropew distint. L-EASA għandha tkun il-qalba tal-koordinazzjoni teknika tal-UE mal-ICAO u tixpruna s-sikurezza, in-navigazzjoni fl-ajru, il-protezzjoni ambjentali u l-iżviluppi sikuri tas-saħħa fir-reġjun EUR/NAT permezz tal-kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO f’Pariġi.

L-objettivi tal-EASA għall-Kanada: li tiġi promossa sħubija fdata u armonjuża u li jiġi ffaċilitat l-iskambju reċiproku ta’ prodotti ajrunawtiċi.

L-involviment tal-EASA u l-preżenza fuq il-post:
L-EASA għandha rappreżentant wieħed ibbażat f’Montréal, li jikkollabora direttament mal-ICAO, jipparteċipa fil-laqgħat tal-ICAO, jipprovdi informazzjoni dwar il-politiki u l-iżviluppi regolatorji tal-EASA, u jżomm relazzjoni ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi mas-Segretarjat tal-ICAO. L-EASA tattendi wkoll is-sessjonijiet tal-Kummissjoni tan-Navigazzjoni bl-Ajru (ANC). Ġeneralment, l-EASA hija l-parti kkonċernata, fl-ICAO, li tipparteċipa f’ħafna panels u kumitati.

Permezz tar-rappreżentanza lokali tagħha, l-EASA żżomm ukoll relazzjoni mill-qrib mal-Avjazzjoni Ċivili tat-Trasport tal-Kanada (TCCA) li għandhom il-Kwartieri Ġenerali f’Ottawa - xi 200 km ‘il bogħod minn Montreal - u mal-industrija tal-ajruspazju tal-Kanada.

Il-Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni (BASA) bejn il-Kanada u l-UE daħal fis-seħħ f’Lulju 2011.

 

 

L-Amerika Latina

 

L-Amerika Latina u l-Karibew

L-objettiv tal-EASA: li jtejjeb ir-rwol tal-UE bħala attur globali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, tippromwovi kondizzjonijiet ekwivalenti dwar is-suq tal-avjazzjoni permezz ta’ sħubiji kontinwi u ġodda mal-pajjiżi sħab ewlenin tal-Amerika Latina u l-Karibew u fil-livell reġjonali.

L-involviment tal-EASA:
L-EASA twettaq il-Proġett tas-Sħubija tal-Avjazzjoni tal-UE-Amerika Latina u l-Karibew biex:

  • issaħħaħ relazzjonijiet istituzzjonali, tapprofondixxi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-avjazzjoni, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni reġjonali u tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet tal-avjazzjoni
  • tippromwovi skambji industrijali
  • iżżid is-sensibilizzazzjoni reċiproka tal-aqwa prattiki tal-avjazzjoni, tippromwovi l-istandards tal-UE, issaħħaħ l-isforzi tal-protezzjoni ambjentali, u tinkoraġġixxi l-azzjoni klimatika.

Il-preżenza tal-EASA fuq il-post:
Uffiċċju tal-proġetti fil-Costa Rica.

Il-Ftehim Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni (BASA) bejn il-Brażil u l-UE.

Sub Saħara

 

L-Afrika sub-Saħarjana

L-objettiv tal-EASA: li tappoġġa l-armonizzazzjoni ta’ standards madwar il-kontinent u l-bini tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, it-taħriġ tal-persunal tal-avjazzjoni kif ukoll il-promozzjoni tal-iskambju tal-aqwa prattiki, sew jekk fil-qasam tas-sikurezza, fl-ambjent jew fl-oqsma tat-trasport bl-ajru.

L-involviment tal-EASA:
L-EASA twettaq sitt proġetti differenti fir-reġjun biex

  • tgħin lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (RSOOs) u l-Istati Membri tagħhom biex jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom f’termini ta’ sikurezza (Proġett EU-ASA)
  • tipprovdi t-taħriġ sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Afrika Ċentrali (Proġett PASTA-CO)
  • tagħti l-kapaċita’ lill-Afrika Ċentrali biex tiżviluppa u twassal taħriġ dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni waħedha (Proġett PAGIRN)
  • ittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni fiż-Żambja (Proġett ASSP II)
  • ittaffi t-tibdil fil-klima permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni ċivili Proġett CORSIA Africa & the Caribbean
  • tappoġġa l-implimentazzjoni tas-Suq Uniku tat-Trasport tal-Ajru Afrikan (Appoġġ lil AFCAC għall-operazzjonalizzazzjoni ta’ SAATM)

Il-preżenza tal-EASA fuq il-post:
Uffiċċju tal-Proġetti f’Lusaka, iż-Żambja

L-Asja

 

 

L-Asja ta’ Fuq

L-objettiv tal-EASA: li ttejjeb is-sħubija bejn il-pajjiżi tal-Asja ta’ Fuq u l-UE fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili permezz ta’ djalogu mal-awtoritajiet, skambji tekniċi mal-industrija u dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji u kunċetti ġodda; li tippromwovi politiki, standards u teknoloġiji Ewropej għal avjazzjoni aktar sikura u ekoloġika.

L-involviment tal-EASA:
L-EASA twettaq tliet proġetti differenti fir-reġjun:

  • It-tieni Proġett ta’ Sħubija tal-Avjazzjoni (APP) bejn l-UE u ċ-Ċina huwa segwitu tal-ewwel APP bejn l-UE u ċ-Ċina li temm 89 attività b’suċċess matul id-durata ta’ 5+ snin tiegħu bejn l-2015 u l-2021. Permezz ta’ dak li nkiseb minn dan is-suċċess, dan il-proġett il-ġdid qed ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina fl-avjazzjoni ċivili.
  • Il-Proġett ta’ Sħubija tal-Avjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea ngħata bidu fl-2021 biex jappoġġa l-iskambju u l-kooperazzjoni f’firxa wiesa’ ta’ oqsma fl-avjazzjoni ċivili.
  • Il-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ġappun fl-Avjazzjoni Ċivili se tappoġġa oqsma strateġiċi ewlenin bħall-Avjazzjoni Sostenibbli (imrawma mill-Alleanza Ekoloġika bejn l-EU u l-Ġappun iffirmata f’Mejju 2021) u d-Droni (UAS-UAM).

Il-preżenza tal-EASA fuq il-post:

  • Uffiċċju ta’ Rappreżentanza f’Beijing
  • Uffiċċju tal-Proġetti f’Beijing
  • Koordinatur tekniku f’Seoul

Il-Ftehimiet Bilaterali dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni (BASAs) bejn iċ-Ċina u l-UE u l-Ġappun u l-UE daħlu fis-seħħ f’Mejju 2019 u f’Ġunju 2020.   

 

L-Asja t’Isfel

L-objettiv tal-EASA: li jtejjeb is-sħubija bejn l-UE u r-reġjun tal-Asja t’Isfel fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili.

L-involviment tal-EASA
L-EASA twettaq il-Proġett ta’ Sħubija tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Asja t’Isfel biex:  

  • trawwem djalogu bejn l-awtoritajiet tas-sikurezza tal-avjazzjoni, issaħħaħ ir-rabtiet istituzzjonali u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ ftehim tal-avjazzjoni.
  • tiffaċilita l-aċċess għas-suq għall-industrija tal-UE, tnaqqas l-ostakli u tippromwovi skambji industrijali
  • iżżid is-sensibilizzazzjoni reċiproka u tippromwovi r-regoli u l-aqwa prattiki tal-UE, ittejjeb l-isforzi ta’ protezzjoni ambjentali u tinkoraġġixxi l-azzjoni klimatika             
Ix-Xlokk tal-Asja

L-objettiv tal-EASA: li tippromwovi r-relazzjonijiet istituzzjonali tal-UE b’appoġġ għas-sikurezza, għas-sostenibbiltà u għall-armonizzazzjoni.

Ix-xogħol tal-EASA jista’ jinqasam fi tliet oqsma: il-bini u t-tisħiħ tas-sħubija tal-EASA mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili dwar kwistjonijiet regolatorji u operazzjonali, appoġġ lill-industrija tal-avjazzjoni tal-UE fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet reġjonali, u appoġġ lill-industrija tar-reġjuni fir-relazzjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-UE.

B'mod partikolari l-proġetti ta’ kooperazzjoni teknika tal-EASA fix-Xlokk tal-Asja jimmiraw li jtejbu l-istandards tas-sikurezza, jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni regolatorja. Dawn jinkludu enfasi fuq l-avjazzjoni sostenibbli, b’mod partikolari Fjuwils Sostenibbli għall-Avjazzjoni (SAF) u l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA).

L-involviment tal-EASA:
L-EASA twettaq tliet proġetti fir-reġjun biex:

Il-preżenza tal-EASA fuq il-post:

  • Uffiċċju ta’ Rappreżentanza f’Singapore
  • Uffiċċju tal-Proġetti f’Bangkok, it-Tajlandja

 

 Il-Viċinat tal-UE

ġirien-tal-UE

 

Objettiv tal-EASA:  Approċċ pan-Ewropew għas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards tas-sikurezza tal-avjazzjoni madwar l-Ewropa

L-involviment tal-EASA:

Biex nappoġġaw is-sħab tagħna fl-applikazzjoni tal-istandards tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-UE, l-EASA implimentat tliet proġetti ta’ assistenza teknika:

Permezz ta’ Network ta’ sħubiji mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-istati ġirien, l-EASA tappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-avjazzjoni tal-UE konklużi ma’ pajjiżi fil-Balkani tal-Punent u fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE u tiżgura li standards simili għoljin tas-sikurezza tal-avjazzjoni jiġu implimentati madwar l-Ewropa u l-viċinat immedjat tagħha.  

 

 

 

 

 

Żomm ruħek infurmat dwar l-Attivitajiet internazzjonali tal-EASA

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet internazzjonali tal-EASA dwar EASA Light, qis li żżurna regolarment għall-aġġornamenti kollha.

Għal ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali tal-EASA, agħti ħarsa lejn EASA Pro.