Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru tal-UE — Kummissjoni Ewropea

Listi ta’ kontroll tas-sikurezza

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-UE jistgħu japplikaw: Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru tal-UE

  • Jekk it-titjira tiegħek tkun ġewwa l-UE u hi operata jew b’linja tal-ajru tal-UE jew mhux tal-UE
  • Jekk it-titjira tiegħek tasal fl-UE minn barra l-UE u hi operata minn linja tal-ajru tal-UE
  • Jekk it-titjira tiegħek titlaq mill-UE għal pajjiż mhux tal-UE u hi operata minn linja tal-ajru tal-UE jew mhux tal-UE
  • Jekk għadek ma rċevejtx benefiċċji (kumpens, ridirezzjonar tar-rotta, assistenza mil-linja tal-ajru) għal problemi marbuta mat-titjira għal dan il-vjaġġ skont il-liġi rilevanti ta’ pajjiż mhux tal-UE.

L-Unjoni Ewropea hija l-unika żona fid-dinja fejn iċ-ċittadini huma protetti b’sett sħiħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri. Dawn id-drittijiet huma ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE tiegħek!