Ir-Rapport Ambjentali Ewropew dwar l-Avjazzjoni 2022

Ħarsa lejn ix-xenarji storiċi u futuri tat-traffiku tal-ajru, tal-ħoss u tal-emissjonijiet

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

L-ivvjaġġar bl-ajru jippermetti lin-nies isiru jafu u japprezzaw postijiet u kulturi ġodda, igawdu d-diversità fl-ambjent soċjali tagħna u jarrikkixxu l-kultura tagħna stess. Barra minn hekk, iġib ukoll benefiċċji ekonomiċi u jistimula l-innovazzjoni. 
Fl-istess ħin, iċ-ċittadini Ewropej huma dejjem aktar konxji mill-kwistjonijiet ambjentali relatati mal-ivvjaġġar bl-ajru. Fir-rapport Ambjentali Ewropew dwar l-Avjazzjoni (EAER), iċ-ċittadini jistgħu jsibu ħarsa ġenerali oġġettiva dwar l-iżviluppi sinifikanti li seħħew fis-settur tal-avjazzjoni relatati mat-tibdil fil-klima, il-ħoss u l-kwalità tal-arja.

EAER 2022: Perspettiva olistika tal-avjazzjoni ċivili tal-UE

“Paġna tal-qoxra tar-Rapport Ambjentali Ewropew dwar l-Avjazzjoni 2022”L-EASA ppubblikat l-aħħar Rapport Ambjentali Ewropew dwar l-Avjazzjoni f’Settembru 2022. Din hija t-tielet edizzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-EAER fl-2019 u fl-2016
L-EAER 2022 jagħti ħarsa lejn ix-xenarji storiċi u futuri tat-traffiku tal-ajru u l-ħoss u l-emissjonijiet assoċjati magħhom. Ir-rapport jiġbor fil-qosor ukoll l-aħħar fehim xjentifiku ta’ dawn l-impatti u l-miżuri biex inaqqsuhom. 
Fil-qosor, huwa għandu l-għan li jirrispondi l-mistoqsijiet li ġejjin:

  • Liema hija l-prestazzjoni ambjentali tas-settur Ewropew tal-avjazzjoni?
  • Kif tista’ tevolvi l-prestazzjoni tas-settur fil-futur?
  • Liema miżuri qed inaqqsu t-tibdil fil-klima, l-ħoss u l-impatti fuq il-kwalità tal-arja?
  • Kif jista’ s-settur ikompli jtejjeb il-livell tiegħu ta’ protezzjoni ambjentali?

In-Navigazzjoni tar-Rapport Ambjentali Ewropew dwar l-Avjazzjoni 2022

“Immaġni li turi n-navigazzjoni tal-EAER 2022 fuq il-web”

L-EAER 2022 jista’ jitniżżel f’verżjoni PDF u huwa disponibbli f’format interattiv online fejn inti tista’ tinnaviga faċilment bejn it-taqsimiet differenti.
Ir-rapport sħiħ huwa disponibbli bl-Ingliż, filwaqt li s-Sommarju Eżekuttiv u r-Rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE u tan-NU.

Oqsma għat-titjib dwar il-protezzjoni tal-ambjent

Ir-rotta għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni teħtieġ approċċ multidimensjonali. L-EAER 2022 jiffoka fuq ħames oqsma ewlenin fejn il-livell ta’ protezzjoni ambjentali jista’ jittejjeb.

Magna ta’ inġenju tal-ajru
Teknoloġija u Disinn

Fuq dan is-suġġett, inti tista’ taqra dwar l-aħħar data ċċertifikata għal inġenju tal-ajru subsoniku tradizzjonali u disinni tal-magni, li tippermetti li jsir paragun bejn il-prestazzjoni ambjentali tal-inġenji tal-ajru u tal-magni tagħhom. Hija tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn ix-xogħol li qed jiżdied assoċjat ma’ standards ambjentali ġodda għal disinni ġodda emerġenti.

Denb ta’ inġenju tal-ajru u ta’ mtieħen tar-riħ fl-isfond
Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli (SAF)

Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli (SAF) huma alternattivi sostenibbli, mhux konvenzjonali, għall-fjuwil tal-ġettijiet mill-fjuwils fossili. It-tranżizzjoni għal SAF hija waħda mill-miżuri prinċipali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur tal-avjazzjoni. F’dan il-kapitlu, tista’ titgħallem dwar diversi tipi ta’ SAFs, kemm huma sostenibbli u dak li qed isir sabiex ikun promoss l-użu tagħhom.

Bord ta’ kontroll ta’ inġenju tal-ajru
Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) u Linji tal-Ajru

Sistemi tal-ATM ineffiċjenti għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent. F’din it-taqsima, se taqra aktar dwar kif it-titjib operazzjonali jista’ jnaqqas il-konsum ta’ fjuwil eċċessiv u l-emissjonijiet, u għalhekk jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-avjazzjoni.

Raġel iħares lejn skrin ta’ informazzjoni dwar titjira
Ajruporti

L-ajruporti huma parti importanti mis-settur tal-avjazzjoni. Hawnhekk, inti tista’ ssib informazzjoni dwar il-miżuri regolatorji dwar il-ħoss u dwar dak li qed isir fil-livell tal-ajruport sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Miżuri Bbażati fuq is-Suq (MBM)

Il-miżuri bbażati fuq is-suq jikkumplimentaw miżuri oħra li jindirizzaw l-impatt li s-settur tal-avjazzjoni għandu fuq it-tibdil fil-klima . F’dan il-kapitlu tista’ titgħallem dwar żewġ miżuri bħal dawn, jiġifieri l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) ta' ICAO, kif ukoll xi għarfien dwar l-istrumenti emerġenti tal-ipprezzar tal-karbonju u l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali. 

 

 

Qari ulterjuri dwar EASA Light:

Qari addizzjonali:

Il-Konferenza Annwali dwar is-Sikurezza tal-EASA tal-2022 indirizzat ‘Is-Sikurezza tal-Ajruporti u s-Sostenibbiltà Ambjentali permezz tal-Innovazzjoni’. Agħti daqqa t’għajn lejn il-materjal tal-konferenza disponibbli online.

Żomm ruħek infurmat u aġġornat - segwi EASA Light

L-EASA se taqsam l-aħħar informazzjoni kollha dwar is-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni. Agħti ħarsa lejn l-artikli tagħna dwar EASA Light.

Oħloq kont u segwina fuq EASA Light biex iżżomm ruħek aġġornat!