Il-Programm Sostenibbli tal-Avjazzjoni tal-EASA

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

L-ivvjaġġar huwa aktar minn trasport. Jiżgura li n-nies jista’ jkollhom rwol attiv fis-soċjetà multikulturali u globali tagħna billi jżuru postijiet, jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-familja u mal-maħbubin tagħhom, japprezzaw kulturi u ekosistemi differenti.

Fl-istess ħin, peress li diġà qed nosservaw il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, il-ħtieġa li l-avjazzjoni jiġi ttrasformat sabiex ikun aktar sostenibbli hija ċara u ma hemmx dubju dwarha.

L-Unjoni Ewropea bdiet diversi proġetti u inizjattivi, bil-għan li:

  • Iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jagħmlu għażliet infurmati u ambjentalment sostenibbli meta jivvjaġġaw bl-ajru.
  • Jiġi inċentivat is-settur tal-avjazzjoni biex kontinwament itejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu b’għan ċar għad-dekarbonizzazzjoni.
  • Jiffaċilitaw ir-riċerka u l-innovazzjoni li konsegwentement jappoġġaw lill-industrija Ewropea tal-avjazzjoni biex issir aktar kompetittiva u fl-istess ħin aktar sostenibbli.

Agħti ħarsa lejn il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-inizjattivi ta’ appoġġ għal aktar dettalji.

Il-Programm

F’Ottubru 2020, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA), nediet il-Programm Sostenibbli tal-Avjazzjoni tagħha f’konformità mar-regolamenti dwar il-protezzjoni Ambjentali (ara (EU)2018/1139, Art. 87) bi qbil mal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-programm ġie implimentat permezz ta’ strateġija ambjentali magħmula mill-flussi li ġejjin.EASA Sustainable Aviation Programme

L-Għoti tas-Setgħa lill-Passiġġieri – il-Programm tat-Tikkettar Ambjentali tal-EASA

L-industrija tal-avjazzjoni tibqa’ fiċ-ċentru tal-attenzjoni fir-rigward tal-impatti ambjentali tagħha. Stħarriġ tal-2020 tal-vjaġġaturi Ewropej, imwettaq mill-EASA, sab li l-maġġoranza tar-rispondenti ssopravalutaw is-sehem tal-emissjonijiet ikkontribwiti mill-avjazzjoni.  Dan jappoġġa l-każ ta’ użu tal-konsumatur għall-informazzjoni ambjentali kredibbli u affidabbli dwar l-impatti ambjentali tal-avjazzjoni.

It-tkabbir sostenibbli u l-“irkupru ekoloġiku” huma t-temi ċentrali fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, u waqt li qed noħorġu mill-pandemija tal-COVID-19, il-gvernijiet globalment qed jenfasizzaw il-ħtieġa li l-ekonomiji jerġgħu jinbnew b’mod aktar sostenibbli. Dan jista’ jidher fil- programm ta’ rkupru – NextGenerationEU – tal-UE li għandu l-għan li “jagħmel l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej aktar sostenibbli, reżiljenti u ppreparati aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali” u l-aktar reċenti l-pakkett ta’ miżuri taħt “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, li għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet b’55 % sal-2030. Dawn il-politiki huma kkumplimentati mill-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA), mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), mill-introduzzjoni tar-ReFuelEU, u minn inizjattivi ta’ politika domestika.

Biex tappoġġa l-politiki elenkati hawn fuq u tindirizza l-enfasi tal-pubbliku fuq l-emissjonijiet tal-avjazzjoni, l-EASA, bħala regolatur fdat u indipendenti, nediet programm għall-iżvilupp ta’ tikkettar ambjentali għall-avjazzjoni, bil-għan li l-passiġġieri jiġu nfurmati dwar l-impatt ambjentali tal-għażliet tat-titjiriet tagħhom u b’hekk tiġi appoġġata aktar l-avjazzjoni ambjentalment sostenibbli. Hemm tliet tikketti fl-iżvilupp: L-hekk imsejħa Tikketta tat-Titjira, Tikketta tal-Linja tal-Ajru, u Tikketta tal-Inġenji tal-Ajru.

Iċ-ċittadini Ewropej mhux biss iridu jitgħallmu aktar dwar l-effett li l-ivvjaġġar tagħhom jista’ jkollu fuq l-ambjent, iridu jkunu wkoll f’pożizzjoni li jagħmlu għażla u għalhekk jingħataw is-setgħa li jagħmlu differenza.

L-EASA bdiet stħarriġ fl-2019 b’feedback li wasal sal-2020. It-tweġibiet mingħand aktar minn 9 500 parteċipant mit-18-il Pajjiż Ewropew taw xi ftit indikaturi ċari. Ir-rispons ġenerali:

Il-passiġġieri għandhom nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni iżda huma ħerqana li jkunu jafu aktar

5 %  biss huma konxji ta’ kemm jużaw CO2 meta jivvjaġġaw bl-ajru

80 % jixtiequ jiksbu informazzjoni ambjentali għat-titjiriet li jaqbdu

3 minn 4 jilqgħu t-Tikketta Ambjentali
 

Objettivi u Prinċipji

L-EASA rċeviet mandat ċar mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew biex tistabbilixxi l-Programm tat-Tikketta Ambjentali bl-objettiv u l-prinċipju li ġejjin:

L-Objettiv:Target

it-tnaqqis tal-impronta ambjentali tal-avjazzjoni billi jiġu ffaċilitati għażliet aktar sostenibbli bbażati fuq informazzjoni affidabbli, armonizzata, li tista’ toqgħod fuqha u li tinftiehem faċilment

Il-Prinċipji:

  • Is-sempliċitàPrinciples
  • It-trasparenza
  • Il-volontarjetà
  • Approċċ olistiku
  • Il-bini fuq l-istandards, id-data u l-aħjar prattika eżistenti