L-iffaċilitar ta’ titjiriet newtrali għall-klima u infrastruttura tal-avjazzjoni adattata għall-era diġitali

Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u SESAR 3

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Is-sejbien ta’ soluzzjonijiet intelliġenti u sostenibbli biex is-settur tal-avjazzjoni Ewropew jiġi megħjun fil-vjaġġ tiegħu lejn in-newtralità tal-karbonju mhuwiex biss prijorità għall-industrija tal-avjazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea nediet żewġ programmi ta’ sħubija estensivi taħt il-programm ewlieni tagħha Orizzont Ewropa:

  • Avjazzjoni Nadifa
  • Impriża Konġunta SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew) 3

Il-programmi ambizzjużi ta’ sħubija għandhom finanzjament solidu, korpijiet ta’ tmexxija u kumitati, mekkaniżmi ta’ rappurtar u verifika kif ukoll sorveljanza strutturata sew.

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) ilha tipparteċipa bħala osservatur fuq il-Bord ta’ Tmexxija taż-żewġ programmi, u dan ipoġġi lill-Aġenzija fil-qalba tas-sejbien ta’ soluzzjonijiet intelliġenti u sostenibbli għall-avjazzjoni.

Barra minn hekk, għall-Programm tal-Avjazzjoni Nadifa, l-EASA qed tikkontribwixxi wkoll għall-Kumitat Tekniku u għall-Bord Kosultattiv Xjentifiku.

Wieħed mill-elementi kruċjali li l-EASA ingħatat il-kompitu li tagħmel huwa l-kontributi li tirriċerka attivitajiet dwar teknoloġiji ġodda bil-għan li jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ ċertifikazzjoni u li tiġi aċċellerata l-adozzjoni mis-suq ta’ teknoloġiji innovattivi ġodda li jirriżultaw.

Il-parteċipazzjoni tal-EASA fl-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u SESAR 3

R. Daeschler“L-EASA qiegħda tipparteċipa b’entużjażmu fl-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u SESAR 3,” qalet Rachel Daeschler, id-Direttur taċ-Ċertifikazzjoni tal-EASA.

“Dawn il-programmi qed jiffurmaw futur aktar sostenibbli tal-avjazzjoni Ewropea u jeħtieġu kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati industrijali u istituzzjonali.

L-EASA tappoġġa bl-għarfien espert tagħha dwar is-sikurezza, biex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet tal-futur se jkunu tal-inqas sikuri daqs dawk attwali.”

Riċerka, innovazzjoni, aċċellerazzjoni u implimentazzjoni

Maħsub li jdum għal perjodu ta’ madwar għaxar snin, il-finanzjament ġenerali ġie allinjat sew biex jappoġġa l-għanijiet u l-istennijiet ambizzjużi.

Avjazzjoni Nadifa

 

Avjazzjoni Nadifa

Is-sħubija għall-avjazzjoni newtrali għall-klima tirrappreżenta l-aġenda l-aktar ambizzjuża tad-dinja dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni għas-settur tal-avjazzjoni sostenibbli li jikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku tal-UE u l-Istrateġija Industrijali tal-UE.

Għanijiet:

  • li jiġu aċċellerati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni fixkiela
  • li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ inġenju tal-ajru ultraeffiċjenti b’karbonju baxx, b’sorsi ta’ enerġija, magni u sistemi ġodda
  • li jitjiebu l-kompetittività u l-impjieg fis-settur tal-avjazzjoni u dan se jkun speċjalment importanti għall-irkupru.
SESAR

 

Impriża Konġunta SESAR 3

B’enfasi fuq l-innovazzjoni aktar milli fuq purament ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), l-Impriża Konġunta SESAR 3 għandha objettiv ċar li taċċellera l-bidla biex tiġi ffaċilitata integrazzjoni aktar mgħaġġla tas-soluzzjonijiet fl-operazzjonijiet. L-Impriża Konġunta SESAR 3 se tiffaċilita l-aspetti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ standardizzazzjoni, u se tippermetti li s-soluzzjonijiet jgħaddu aktar malajr mir-Riċerka u l-Iżvilupp għall-implimentazzjoni mingħajr ma jintilef il-momentum ta’ innovazzjoni.

Għanijiet:

  • li tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni diġitali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, biex l-ispazju tal-ajru tal-Ewropa jsir is-sema l-aktar effiċjenti, l-aktar sikura u l-aktar ekoloġika biex ittir fiha fid-dinja
  • li jingħata appoġġ lill-kompetittività u l-irkupru tas-settur tal-avjazzjoni wara l-kriżi tal-coronavirus.
  • li tiġi aċċellerata l-bidla biex tiġi ffaċilitata integrazzjoni aktar mgħaġġla tas-soluzzjonijiet fl-operazzjonijiet.

Sir af aktar dwar il-programmi

Jekk trid titgħallem aktar dwar il-programmi ta’ sħubija, ara l-vidjos li jagħtu ħafna aktar informazzjoni u dettalji.

Iż-żewġ programmi ta’ sħubija għandhom siti web dettaljati ħafna fejn tista’ ssib għadd ta’ pakketti ta’ informazzjoni u aħbarijiet li jgħinuk tifhem u żżomm ruħek aġġornat.