Vjaġġar bid-droni

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Qed tippjana li ttajjar id-dron tiegħek f’pajjiż ieħor dawn il-vaganzi? Mela dan l-artikolu huwa importanti għalik. 

Il-paġna tiddeskrivi l-validità tar-reġistrazzjoni u l-ID tal-operatur tad-droni, tispjega fejn tista’ tuża l-liċenzja ta’ bdot mill-bogħod tad-droni tiegħek, u tgħidlek x’teħtieġ tiftakar meta tivvjaġġa mal-Ewropa kollha u barra l-Ewropa. Barra minn hekk, jekk tkun qed tagħmel żjara bid-dron tiegħek minn barra l-Ewropa, dan jista’ jkun interessanti għalik.

Ir-Regolament Ewropew dwar id-Droni l-ġdid li se jkun applikabbli b’mod sħiħ mill-31 ta’ Diċembru 2021, se jagħmilha iktar faċli li ttajjar dron taħt l-istess kundizzjonijiet mal-biċċa l-kbira tal-Ewropa.

Reġistrazzjoni ta’ operatur tad-droni waħda għall-Istati Membri kollha tal-EASA 

operaturBħala operatur tad-droni jeħtieġ li tirreġistra darba fil-pajjiż ta’ residenza jew fil-post tan-negozju ewlieni tiegħek. L-ID unika tar-reġistrazzjoni ta’ operatur tad-droni, li se tinħariġlek, tista’ tintuża fuq id-dron/i tiegħek fl-Istati Membri kollha tal-EASA. 
    
Jekk se tieħu d-dron/i tiegħek fi Stat Membru ieħor tal-EASA, dak li teħtieġ tiżgura hu li l-ID tiegħek tar-reġistrazzjoni ta’ operatur, miksuba fil-pajjiż ta’ residenza jew fil-post tan-negozju tiegħek, tkun tidher b’mod ċar fuq id-dron/i tiegħek.

Validità taċ-ċertifikat ta’ bdot mill-bogħod tad-droni fl-Istati Membri kollha tal-EASA

bdotSkont ir-regolament Ewropew dwar id-Droni l-ġdid, iċ-ċertifikati kollha ta’ bdot mill-bogħod tad-droni maħruġa minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-EASA se jkunu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra kollha tal-EASA. L-EASA nfisha ma toħroġx ċertifikati ta’ bdot.

Għalhekk, jekk tkun lestejt it-taħriġ online neċessarju, għaddejt mill-eżami ta’ bdot mill-bogħod tad-droni u akkwistajt ċertifikat tal-kompetenza ta’ bdot mill-bogħod fi kwalunkwe Stat Membru tal-EASA, tista’ ttajjar dron fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-EASA.

Vjaġġar barra l-Ewropa bid-dron tiegħek Vjaġġar barra l-UE

Jekk tieħu d-dron tiegħek ikun fejn ikun barra l-Istati Membri tal-EASA, teħtieġ li ssegwi il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ għall-operat u t-titjir ta’ droni.

Fi stati b’sistema ta’ droni rregolata sew, il-biċċa l-kbira tal-aspetti ġenerali (reġistrazzjoni, numru tal-ID, taħriġ u eżami tal-bdoti, ċertifikat ta’ bdot, fejn ittir jew ma ttirx, eċċ.) se jkunu simili ħafna b’mod kunċettwali għall-dawk fis-seħħ fl-Istati Membri tal-EASA.

Madankollu, l-IDs ta’ operaturi tad-droni u ċ-ċertifikati ta’ bdoti maħruġa mill-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni fl-Istati Membri tal-EASA mhumiex awtomatikament rikonoxxuti fi Stati Membri mhux tal-EASA.

Teħtieġ li tikkuntattja l-Awtorità tal-Avjazzjoni tal-istati li qed tippjana żżur biex tkun taf xi trid tagħmel.

Residenti mhux tal-UE li jżuru l-Ewropa Vjaġġar fl-UE

Jekk inti residenti ta’ Stat Membru mhux tal-EASA u qed tippjana żżur u topera dron fi Stat Membru tal-EASA, teħtieġ tirreġistra bħala operatur tad-droni mal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tal-ewwel stat tal-EASA li beħsiebek topera minnu.
    
Ladarba tkun irreġistrat fl-Istat Membru tal-EASA ospitanti tiegħek, dan ikun validu fl-Istati Membri l-oħra kollha tal-EASA. Ma tkunx teħtieġ terġa’ tirreġistra fi Stat Membru ieħor tal-EASA.

Trid ukoll titħarreġ u tgħaddi mill-eżami online taċ-ċertifikat ta’ bdot mill-bogħod tad-droni u tikseb iċ-ċertifikat Ewropew fi kwalunkwe Stat Membru tal-EASA. Xi Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni joffru t-taħriġ u l-eżami bl-Ingliż. 
U naturalment, teħtieġ tikkonforma mar-regolamenti Ewropej dwar id-Droni. 

Biex tħejji għall-vjaġġ tiegħek, jekk jogħġbok ħu l-ħin biex tara l-informazzjoni kollha dwar id-droni ppubblikata fuq EASA Pro u ċċekkja l-lista ta’ “Droni – Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni” tal-Istati Membri tal-EASA.

Agħti ħarsa lejn il-vidjo tagħna “Vjaġġar bi dron”.

Ikkondividi dan l-artikolu ma’ operaturi u bdoti mill-bogħod tad-droni oħra.

L-EASA kkompilat dan l-artikolu biex tiżgura li l-operaturi u l-bdoti mill-bogħod tad-droni jkollhom l-informazzjoni t-tajba magħhom waqt li jivvjaġġaw. 

Ikkondividi din il-paġna ma’ operaturi u bdoti mill-bogħod tad-droni oħra!