Dan il-Milied, bħala parti mis-serje tagħna dwar id-droni, l-EASA kkompilat xi informazzjoni għalik dwar id-differenzi ewlenin bejn operatur tad-droni u bdot mill-bogħod tad-droni fil-kategorija tar-rikreazzjoni (magħrufa bħala l-kategorija “miftuħa”).
Wara li taqra din l-ispjegazzjoni sempliċi, u ssegwi l-gwida, inti tkun lest biex ittir u tieħu gost matul it-titjiriet tiegħek legalment u b’mod responsabbli.
Operatur tad-droni u bdot mill-bogħod tad-droni – x’inhi d-differenza?
Operatur tad-droni huwa kwalunkwe persuna, jew organizzazzjoni, li tippossedi jew tikri dron reġistrat wieħed jew iktar. Il-manifatturi u/jew il-bejjiegħa bl-imnut tad-droni ma jirreġistrawx id-droni. Trid tieħu l-inizjattiva inti stess biex tirreġistra mal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjonitiegħek, fil-pajjiż ta’ residenza jew il-post ewlieni tan-negozju tiegħek. | |
Bdot mill-bogħod tad-dron i huwa l-persuna li fil-fatt ittajjar id-dron, mingħajr ma neċessarjament tippossedi jew tikri d-dron. |
U iva, inti tista’ tkun it-tnejn li huma, operatur tad-droni jew bdot mill-bogħod tad-droni jekk tippossedi jew tikri dron u ttajru wkoll.
Il-kombinazzjonijiet kollha huma possibbli. Operatur jista’ jiddeċiedi li ma jkunx bdot iżda jkollu r-responsabbiltà mid-dron(i) u x’isir bih jew bihom. Pereżempju, jista’ jkollu/ha flotta ta’ droni taħt idejh/a għal negozju żgħir u j/timpjega bdot wieħed jew diversi.
Barra minn hekk, persuna tista’ tkun biss bdot mingħajr ma tippossedi dron hi stess, u għalhekk ma tkunx operatur.
Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-operaturi u l-bdoti mill-bogħod tad-droni
Operatur tad-droni |
Bdot mill-bogħod tad-droni |
|
---|---|---|
Assigurazzjoni |
L-operatur tad-droni jeħtieġ li jkollu l-assigurazzjoni t-tajba fis-seħħ, anke jekk il-bdot tad-dron ikun xi ħadd ieħor. Iċċekkja mal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħek. |
Ikun xieraq għall-bdoti li jiċċekkjaw li l-assigurazzjoni tkun fis-seħħ qabel itiru. |
Reġistrazzjoni |
L-operatur tad-droni jeħtieġ li jirreġistra mal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħu. Id-droni li huma parti mill-kategorija miftuħa qatt ma jkunu rreġistrati fihom infushom, l-operatur biss jeħtieġ jirreġistra. |
Qabel ittajjar id-dron, ikun tajjeb li tiċċekkja jekk l-operatur ikunx irreġistrat. |
Numru tal-ID tar-reġistrazzjoni |
Ladarba tirreġistra bħala operatur tad-droni, inti tirċievi numru tal-ID tar-reġistrazzjoni. Inti teħtieġ twaħħal l-istess numru tal-ID fuq id-dron jew id-droni li tippossedi. |
Il-bdot mill-bogħod tad-droni mhuwiex responsabbli minn dan, iżda jkun tajjeb jiċċekkja li d-dron li jkun qed itajjar ikollu n-numru tal-ID tal-operatur imwaħħal. |
Eżami ta’ bdot |
Qabel tagħti d-dron tiegħek, ikun tajjeb tiċċekkja li l-bdot(i) maħtura jkunu għamlu t-taħriġ ta’ bdot meħtieġ online, ikunu għaddew mill-eżami ta’ bdot online u jkollhom ċertifikat ta’ bdot validu. |
Il-bdot mill-bogħod tad-droni jeħtieġ ilesti t-taħriġ ta’ bdot meħtieġ online, jgħaddi mill-eżami ta’ bdot u jakkwista ċertifikat validu tal-kompetenza ta’ bdot mill-bogħod (validu għal ħames snin). NOTA: Kun żgur li ssegwi taħriġ online offrut mill-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħek. Dan jippermetti li tinħareġ il-liċenzja korretta. |
Agħti ħarsa lejn “L-Infografiċi għad-Droni” għal sommarju tal-punti ewlenin.
Għall-informazzjoni dwar kategoriji ta’ droni oħrajn, jekk jogħġbok ara EASA Pro.
Reġistrazzjoni u numru tal-ID ta’ operatur tad-droni
- Irreġistra online mal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħek (bħala operatur, mhux bħala bdot).
- Inti se takkwista numru tal-ID ta’operatur tad-droni (li jidentifika l-operatur mhux id-dron inniffsu).
- Poġġi n-numru tal-ID tar-reġistrazzjoni ta’ operatur fuq kwalunkwe dron li tippossedi. Jekk ikollok iktar minn dron wieħed jeħtieġ li l-istess numru jkun jidher fuqhom kollha.
- Trid tiżgura li dan in-numru jkun jidher tajjeb mhux ħażin fuq id-dron/i (ara l-kampjun). L-aħjar mod huwa pjanċa inċiża. Xi awtoritajiet joħorġu kodiċi QR minflok numru. Jeħtieġ li jkun jista’ jinqara’ / jiġi skennjat mill-viċin meta d-dron ikun fuq l-art.
Taħriġ u eżami ta’ bdoti mill-bogħod tad-droni
- Tħarreġ online mal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħek.
- Għaddi mill-eżami sempliċi online ta’ bdot mill-bogħod tad-droni.
- Il-bdot jakkwista liċenzja ta’ bdot mill-bogħod tad-droni (ara l-kampjun ta’ liċenzja).
- L-EASA ħejjiet pakkett ta’ materjal ta’ gwida, vidjos, Mistoqsijiet Frekwenti u infografiċi u ppubblikat dan fuq EASA Light.
- L-informazzjoni tiżgura li inti jkollok kollox miegħek sabiex tkun tista’ topera u ttajjar id-droni tiegħek b’mod sikur u responsabbli.
Agħti ħarsa lejn l-artikolu preċedenti tagħna, fejn ikkompilajna ħafna informazzjoni.
Erġa’ ara EASA Light iktar tard f’Diċembru għal artikolu ġdid b’iktar dettalji dwar kif tivvjaġġa bid-dron tiegħek, x’għandek iżżomm f’moħħok meta topera jew ittajjar dron fi stat membru ieħor tal-EASA jew barra mill-Ewropa.
Ikkondividi dan l-artikolu ma’ operaturi u bdoti mill-bogħod tad-droni oħra.
L-EASA kkompilat dan l-artikolu biex tiżgura li l-operaturi u l-bdoti mill-bogħod tad-droni jkunu konxji mir-responsabbiltajiet tagħhom. Ikkondividi din il-paġna ma’ operaturi u bdoti mill-bogħod tad-droni oħra!