Mobilità ekoloġika, intelliġenti u affordabbli

Trasformazzjoni fundamentali tat-trasport

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Minħabba li t-trasport jikkontribwixxi madwar 5 % tal-PDG tal-UE u jimpjega aktar minn 10 miljun persuna fl-Ewropa, is-sistema tat-trasport hija kritika għan-negozji Ewropej u għall-ktajjen tal-provvista globali.

European Commission's Mobility StrategyFl-istess ħin, it-trasport għandu l-prezz tiegħu għas-soċjetà tagħna:

  • l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-emissjonijiet ta’ inkwinanti
  • l-istorbju
  • il-ħabtiet fit-toroq u l-konġestjoni

Illum, l-emissjonijiet tat-trasport jirrappreżentaw madwar kwart tal-emissjonijiet totali tal-Gassijiet Serra tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea fasslet strateġija komprensiva għall-mobilità, li tidentifika l-istadji importanti għal futur intelliġenti u sostenibbli u 10 oqsma ewlenin għal azzjoni biex il-viżjoni ssir realtà.

Din l-ispinta fit-trasformazzjoni tat-trasport ġiet fi żmien meta s-settur kollu għadu qed jirkupra mill-impatti tal-coronavirus. B’żieda fl-investiment pubbliku u privat fil-modernizzazzjoni u fl-ekoloġizzazzjoni tal-flotot u tal-infrastruttura tagħna, u bit-tisħiħ tas-suq uniku, issa għandna opportunità storika biex nagħmlu t-trasport Ewropew mhux biss aktar sostenibbli iżda wkoll aktar kompetittiv globalment u aktar reżistenti għal kwalunkwe xokkijiet futuri.

Evoluzzjoni ekoloġika: ħadd ma jitħalla barra

Madankollu, din l-evoluzzjoni ma għandha tħalli lil ħadd barra:

  • huwa kruċjali li l-mobilità tkun disponibbli u affordabbli għal kulħadd
  • li r-reġjuni rurali u remoti jibqgħu konnessi
  • li s-settur joffri kundizzjonijiet soċjali tajbin u jipprovdi impjiegi attraenti

Il-modi kollha tat-trasport jeħtieġ li jsiru aktar sostenibbli, b’alternattivi ekoloġiċi disponibbli b’mod wiesa’ u bil-ħolqien ta’ inċentivi tajbin biex jixprunaw it-tranżizzjoni. Stadji importanti konkreti se jżommu l-progress tas-sistema Ewropea tat-trasport fit-triq it-tajba lejn futur intelliġenti u sostenibbli.

L-Istrateġija għall-Mobilità tal-Kummissjoni Ewropea

Agħti ħarsa lejn il-pakkett ta’ informazzjoni ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea: