It-titjir ta’ droni FPV jagħmel użu minn kamera abbord li tibgħat vidjo dirett lil gogils, mobiles jew skrins tat-tablets. Waqt li tkun qed twettaq titjir fil-modalità FPV, ikollok biss il-viżjoni trażmessa mill-kamera abbord tad-dron, iżda d-dron ma jkunx fil-linja viżwali tiegħek. Dan jista’ jillimita l-għarfien tas-sitwazzjoni tiegħek u jista’ jwassal għal diżorjentazzjoni. Jista’ jkun li ma tkunx tista’ timmanuvra d-dron fil-ħin biex tipprevjeni kolliżjoni u b’hekk toħloq sitwazzjoni mhux sikura għalik jew għall-oħrajn.
Suġġeriment: Qabel ma twettaq titjir tad-dron FPV tiegħek bil-gogils, l-ewwel għandek titgħallem ittajjar id-dron tiegħek waqt li tkun qed tarah direttament.
Tipi ta’ użu għall-FPV
Tlielaq freestyle u tlielaq organizzatiTlielaq ta’ droni u akrobaziji freestyle. Dan ibiddel it-titjir ta’ droni fi sport. Il-bdoti tad-droni jilbsu displej mar-ras permezz ta’ gogils speċjali (jew anki mobiles adattati bħala gogils) li jaqbdu direttament mad-dron li jkunu qed itajru permezz ta’ kamera abbord. Din il-kamera tittrażmetti feed diretta mid-dron għall-headset tal-gogils. Bħallikieku l-bdot ikun fuq id-dron innifsu. |
Tfittxija u Salvataġġ (SAR)Applikazzjoni tad-droni li qed tiġi utilizzata dejjem aktar hija dik tat-Tfittxija u Salvataġġ (SAR) bis-saħħa tal-iżvilupp tat-teknoloġija FPV. Din tippermetti lit-timijiet ta’ tfittxija u salvataġġ li jillokalizzaw persuni midruba f’żoni remoti li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu aċċessati. |
Operazzjonijiet agrikoliGħal operazzjonijiet agrikoli, feeds FPV apposta jiġbru data u immaġnijiet, u jippermettu bexx tal-għelejjel aktar faċli u aktar sikur minħabba li l-bdot jista’ jawtomatizza t-titjira filwaqt li jimmonitorja l-feed FPV dirett. |
Titjir awtorizzat permezz ta’ gogils FPV
Ir-Regolament Ewropew dwar id-Droni (UE) 2019/947 jippermettilek ittajjar dron FPV kemm fil-kategoriji tad-droni miftuħa kif ukoll dawk speċifiċi mingħajr ma żżomm kuntatt dirett viżwali mad-dron, jew freestyle inkella fi klabb, dment li ssegwi xi regoli.
Użu ta’ dron FPV waħdek - freestyle
|
FPV fi klabbs
|
Fil-vidjos tagħhom, “Drone Master - Introduzzjoni għal Titjir ta’ Droni FPV” u “Titjir ta’ Dron FPV” id-DroneMasters Junior Academy turik kif jidher it-titjir FPV.
Grazzi DroneMasters tall-kondiviżjoni tal-informazzjoni!
Ir-rwol tal-Osservatur Viżwali
Meta waqt it-titjir ikollok il-gogils fuqek, ma tkunx tista’ żżomm kuntatt viżwali dirett mad-dron. Ir-Regolament xorta jippermettilek li twettaq titjir, iżda jeħtieġ li jkollok persuna ħdejk, osservatur li jkun qed iżomm għajnejh fuq id-dron. Il-kompitu tal-osservatur viżwali huwa li jara d-dron u jiskennja ż-żona tal-madwar għal kwalunkwe sitwazzjoni ta’ periklu potenzjali u li jiżgura li ma jipperikolax partijiet oħra (eż. inġenji tal-ajru, b’mod partikolari ħelikopters, droni oħra, siġar, bini tal-għasafar jew persuni).
Il-prossimità tal-bdot |
Huwa importanti li l-osservatur viżwali jkun maġenb il-bdot tad-dron operat b’mod remot u mhux ’il bogħod minnu. |
Komunikazzjoni ċara |
L-osservatur għandu jkun kapaċi jikkomunika mingħajr tfixkil mal-bdot u jagħti struzzjonijiet ċari dwar kif tista’ tiġi evitata sitwazzjoni ta’ periklu potenzjali u, jekk ikun meħtieġ, jagħti twissija għal inżul immedjat biex tiġi evitata kolliżjoni. |
Il-kwalifiki tal-osservatur |
L-osservatur viżwali għandu jkun familjari mar-regoli iżda mhux meħtieġ li jkollu kwalifiki. |
Inżommu lilek u lill-oħrajn sikuri – tiftix ta’ postijiet
Irrispettivament minn jekk intix involut fi tlielaq fi klabb jew f’titjir tat-tip Linja Viżwali tal-Vista (VLOS) freestyle, xi ħaġa li trid tagħmel meta tasal fuq il-post tat-titjir tiegħek hija t-tiftix ta’ postijiet.
Trid tiżgura ruħek li ż-żona tkun sikura biex isir titjir fiha, li fiż-żona fejn qed isir it-tijir ma jkun hemm ebda ostaklu jew persuna (ħlief dawk involuti fl-attività tiegħek). Jekk ikun hemm nies oħra preżenti, jeħtieġ li tagħtihom struzzjonijiet dwar riskji possibbli kif ukoll struzzjonijiet ċari dwar kif għandhom jirreaġixxu f’każ ta’ emerġenza.
Żoni ġeografiċi – spazju tal-ajru għad-dron tiegħek
Iż-żoni ġeografiċi tad-droni huma ċerti partijiet tal-ispazju tal-ajru li jiffaċilitaw, jirrestrinġu, jew jeskludu l-operazzjonijiet tad-droni Iż-żoni jindirizzaw ir-riskji marbuta mas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà u l-ambjent. Hawnhekk issib lista ta’ wħud miż-żoni ristretti:
- Ajruporti
- Sptarijiet
- Riżervi naturali
- Ħabsijiet
- Installazzjonijiet industrijali
- Binjiet importanti
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħek għal aktar dettalji f'pajjiżek.
Operaturi u bdoti ta’ droni
Ġbarna fil-qosor dak kollu li għandek tkun taf dwar kif tirreġistra d-dron(i) tiegħek bħala operatur u x’għandek tagħmel biex issir bdot sikur tad-droni fl-artiklu tagħna “Operaturi u bdoti ta’ droni”.
Madankollu, ir-regolament dwar id-droni jippermetti l-possibbiltà li l-NAAs jirrikonoxxu r-reġistrazzjonijiet permezz ta’ klabbs u assoċjazzjonijiet tal-mudelli. Dan ifisser li jekk tissieħeb ma’ klabb wieħed jew assoċjazzjonijiet, dawn jistgħu jirreġistrawk għan-nom tiegħek.
Il-mistoqsijiet l-aktar frekwenti tiegħek dwar id-droni
L-EASA tisma’ bir-reqqa lill-komunità tad-droni u tixtieq trawwem fehim aħjar tar-regolamenti tal-UE dwar id-droni. Aħna nżommu repożitorju komprensiv ta’ Mistoqsijiet Frekwenti biex ngħinuk f’każ li jkollok mistoqsijiet.
- Żurna fuq EASA Pro biex tara l-katalgu tal-Mistoqsijiet Frekwenti tagħna dwar id-droni:
-
Mistoqsijiet Frekwenti "Dispożizzjonijiet applikabbli kemm għall-kategorija 'miftuħa' kif ukoll għal dik 'speċifika'"
-
Mistoqsijiet Frekwenti “Kategorija 'miftuħa' ta’ titjir ta’ droni bil-gogils (FPV)”
-
- Agħti ħarsa lejn ir-Regolament Ewropew dwar id-Droni (UE) 2019/947 li jagħti informazzjoni ċara dwar is-sitwazzjoni legali rigward titjir ta’ droni tat-tip First Person View (FPV).