Bl-għadd ta’ persuni li jgħixu f’żoni urbani jiżdied b’madwar 3 fil-mija kull deċennju, it-trasport f’żoni urbani huwa mistenni li jsir ta’ sfida akbar milli huwa llum.
Il-Mobilità bl-Ajru Urbana hija sistema ġdida ta’ trasport bl-ajru għall-passiġġieri u għall-merkanzija madwar u f’ambjenti b’popolazzjoni densa u mibnija, li saret possibbli permezz ta’ inġenji elettriċi tal-ajru bil-qtugħ mill-art u l-inżul vertikali (eVTOL) mgħammra b’teknoloġiji ġodda bħat-teknoloġiji mtejba tal-batteriji u l-propulsjoni elettrika. Dawn l-inġenji tal-ajru se jkollhom bdot abbord jew jiġu ppilotati mill-bogħod.
- Ara l-vidjo tagħna dwar il-Mobilità bl-Ajru Urbana u kkondividih ma’ oħrajn!
- Irrieżamina l-infografika interattiva “X’inhu l-UAM” biex tifhem aħjar
- Ara l-infografika interattiva “10 riżultati ewlenin tal-istħarriġ ” għal ħarsa ġenerali tar-riżultati
Meta se tidher il-Mobilità bl-Ajru Urbana fl-ibliet Ewropej?
Xi operazzjonijiet tal-UAM diġà qed iseħħu f’pajjiżi terzi pereżempju għall-konsenja ta’ oġġetti jew ta’ tagħmir mediku.
Bħalissa, is-soluzzjonijiet tal-UAM fl-Ewropa qed jiġu ttestjati permezz ta’ proġetti pilota u dimostrazzjonijiet. L-operazzjonijiet kummerċjali tal-UAM fl-UE jistgħu jseħħu fi żmien 3 sa 5 snin.
Il-Mobilità bl-Ajru Urbana (UAM) hija mistennija li toħloq benefiċċji ambjentali kif ukoll vantaġġi għaċ-ċittadini u għan-negozji – relatati ma’ każijiet kummerċjali kif ukoll mal-użu ta’ emerġenza.
X’jaħsbu ċ-ċittadini Ewropej dwar il-Mobilità bl-Ajru Urbana?
L-aċċettazzjoni taċ-ċittadini u l-fiduċja futura tal-utenti tal-UAM se jkunu essenzjali għall-użu b’suċċess tal-Mobilità bl-Ajru Urbana fl-Ewropa.
L-EASA wettqet studju komprensiv dwar l-aċċettazzjoni tas-soċjetà tal-operazzjonijiet tal-UAM fl-Unjoni Ewropea kollha.
L-istudju twettaq fuq perjodu ta’ sitt xhur minn Novembru 2020 sa Mejju 2021. Dan inkluda riċerka bir-reqqa, rieżami tal-letteratura, analiżi tas-suq urban, stħarriġ kwantitattiv, stħarriġ kwalitattiv u test dettaljat tal-istorbju. Ġew ikkonsultati madwar 4 000 resident minn 6 ibliet / reġjuni kbar:
*Ir-reġjun Öresund: Id-Danimarka u l-Iżvezja Copenhagen, Hillerod, Helsingor, Malmo u Lund
Barċellona, Spanja |
Budapest, l-Ungerija |
Hamburg, il-Ġermanja |
Milan, l-Italja |
Ir-reġjun Öresund* |
Pariġi, Franza |
Ir-riżultati tal-istħarriġ huma kontribut importanti għall-EASA biex tifhem it-tħassib ewlieni taċ-ċittadini tal-UE, u se jippermettu lill-EASA u lill-UE biex jieħdu deċiżjoni infurmata għal regolament proporzjonat li jqis l-aspettattivi soċjali ewlenin filwaqt li tiġi ggarantita s-sikurezza.
Wara analiżi bir-reqqa tar-riżultati tal-istħarriġ, l-EASA ġabret għadd ta’ materjal interessanti biex tispjega l-Mobilità bl-Ajru Urbana u l-każijiet tal-użu tagħha. Ir-rieżami tal-materjal ta’ hawn taħt se jagħtik għarfien fil-fond tal-UAM:
- Rapport sħiħ
- Sommarju tar-rapport
- Riżultati dettaljati tal-istħarriġ
- FAQs - Mistoqsijiet frekwenti relatati mal-UAM
Żurna fuq EASA Pro u segwi l-iżviluppi l-ġodda dwar Il-Mobilità bl-Ajru Urbana.