Gliders elettriċi

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Inġenju tal-ajru elettriku - stabbiliment ta’ linja bażi 

It-teknoloġiji l-ġodda u l-innovazzjoni jridu jibdewGliders minn xi mkien.

It-tħaddin ta’ teknoloġiji ġodda fl-avjazzjoni ta’ spiss jibda bil-gliders. Tista’ tistaqsi għaliex.  Peress li bħall-biċċa l-kbira tal-aspetti fl-innovazzjoni, mhux kollox jaħdem kif ikun ippjanat u jekk tixtieq tittestja sistema tal-fjuwil ġdida, m’hemmx mod aħjar kif tibda milli tipprova l-ewwel bi glider. Jekk jaħdem waqt l-ittestjar, tajjeb ħafna! Jekk ma jaħdimx, glider jista’ dejjem jirrikorri għall-kapaċità tiegħu li “jbaħħar lura d-dar”. Is-sikurezza hija fundamentali.

Magni tal-elettriku għall-gliders - li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sikurezza

L-ewwel passi lejn iċ-ċertifikazzjoni għal glider bil-magna elettrika ttieħdu fl-1995 bil-Luftfahrt-Bundesamt (LBA) tal-Ġermanja bħala l-Awtorità Nazzjonali responsabbli. L-EASA ħadet ir-responsabbiltà f’idejha uffiċjalment fl-2003, bl-LBA li baqgħet tieħu ħsieb il-kompiti tekniċi relatati mal-inġenju tal-ajru, filwaqt li l-EASA mmaniġġjat il-magna.
Dak iż-żmien speċifikazzjonijiet b’ċertifikazzjoni eżistenti għall-gliders (CS-22) ma kinux ikopru jew jippermettu glider li jkollu sistema bi propulsjoni elettrika installata, u bħalma jiġri dejjem bi kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet, l-EASA u l-LBA l-ewwel kellhom jistabbilixxu jekk dan ikunx konformi mar-rekwiżit neċessarju biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-avjazzjoni, li jfisser “Huwa sikur li ttir?”

Kondizzjoni Speċjali - rekwiżiti għal sistema ta’ propulsjoni elettrika

Fl-2006, Esperti mid-Direttorat taċ-Ċertifikazzjoni tal-EASA ġabru flimkien ir-rekwiżiti għal sistema ta’ propulsjoni elettrika u kkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati fl-industrija tal-avjazzjoni li setgħu jiskrutinizzaw ir-rekwiżiti u jagħtu feedback dirett lill-EASA. Wara l-konsolidazzjoni tal-kummenti kollha, l-EASA kienet f’pożizzjoni li toħroġ il-kondizzjoni speċjali li tikkomplementa s-CS-22 biex tiġi stabbilita bażi ta’ ċertifikazzjoni kompluta.

  • Jekk int interessat fl-informazzjoni teknika, iċċekkja l-konsultazzjoni relatata fuq EASA Pro ppubblikata fl-2006.

Kondizzjoni Speċjali - karatteristiċi tad-disinn għall-installazzjoni 

Kienet meħtieġa t-tieni konsultazzjoni biex tħares lejn il-karatteristiċi tad-disinn għall-installazzjoni ta’ sistema ta’ propulsjoni elettrika fuq glider fil-qafas tal-EASA. Liema apparati għall-ħżin tal-enerġija jkunu sikuri biex jintużaw? Batteriji rikarikabbli, teknoloġiji differenti oħra ta’ ħżin tal-enerġija bħal ċelloli tal-fjuwil jew kapaċitaturi, jew sistemi ta’ propulsjoni ibrida? Għal darb’oħra, l-esperti tal-EASA kkonsultaw mal-industrija tal-avjazzjoni dwar ir-rekwiżiti u fl-2014, it-tieni pass ġie ffinalizzat.

L-aħħar pass - aġġornament tar-regolament

Hekk kif it-teknoloġija għal sistemi ta’ propulsjoni elettrika u l-installazzjoni tagħhom jilħqu livell stabbli, tista’ titnieda bidla fir-Regolament dwar il-liġi Ewropea. Bħall-bidliet kollha ta’ standards eżistenti jew ġodda għas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-EASA se tippubblika Deċiżjoni tal-Aġenzija dwar dan.

Is-sitwazzjoni attwali

Għadd ta’ sistemi ta’ propulsjoni elettrika għall-gliders issa huma disponibbli, u l-manifatturi se jaraw żieda fid-domanda. Fl-Ewropa, is-segment għal dan is-suq għandi tliet sistemi ewlenin differenti għas-sistemi ta’ propulsjoni elettrika, kollha ċċertifikati mill-EASA u sikuri għall-użu.
Sadanittant, l-industrija tal-avjazzjoni u l-istituti ta’ riċerka qed iħarsu lejn teknoloġiji li huma aktar riċenti, bħall-Idroġenu u l-Bijofjuwils, biex jevalwaw jekk jistgħux joffru mod kif jiżguraw li l-industrija ta’ gliders mħaddma bil-magni tibqa’ sostenibbli.