Disinni VTOL għall-Mobbiltà fl-Ajru Urban

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Kollha kemm aħna jaf niltaqgħu ma ndumux ma’ tipi ġodda ta’ inġenji tal-ajru fis-smewwiet urbani tagħna u l-Qtugħ mill-Art u l-Inżul Vertikali (VTOLs) se jsiru dehra familjari. Bis-sikurezza u l-benesseri taċ-ċittadini fil-qalba tal-ħidma tal-EASA, il-VTOLs jeħtieġ li jkollhom disinn speċjali u karatteristiċi ta’ sikurezza mfassla apposta u regoli / linji gwida biex tiġi żgurata s-sikurezza fl-ajru u fuq l-art.

Dan l-artiklu se jenfasizza l-karatteristiċi ewlenin ta’ VTOL u juri l-mod kif il-VTOLs se jiġu ddisinjati u ffurmati, il-karatteristiċi tas-sikurezza li se jiġu stabbiliti u l-aspetti ambjentali li wieħed għandu jżomm f’moħħu.

Kif wasalna hawn u kif ħejjejna ruħna!

Il-ftuħ tas-smewwiet tagħna għall-VTOLs ħa snin ta’ tħejjija fir-riċerka u d-disinn tal-prodotti. Fis-snin li ġejjin se jseħħu konsultazzjonijiet oħra mal-industrija, mal-partijiet ikkonċernati tal-avjazzjoni u ovvjament se jkun hemm djalogu maċ-ċittadini tal-UE.

L-esperti mir-riċerka, l-akkademja, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni u l-industrija, kif ukoll individwi interessati oħra regolarment jiltaqgħu biex jiddiskutu l-mod l-aktar sikur, l-aktar adegwat fir-rigward tal-ambjent u l-aktar vijabbli biex is-smewwiet urbani jinfetħu għat-trasport.

L-EASA wettqet studju dwar il-Mobilità bl-Ajru Urbana fuq perjodu ta’ sitt xhur minn Novembru 2020 sa Mejju 2021. Dan inkluda riċerka bir-reqqa, rieżami tal-letteratura, analiżi tas-suq urban, stħarriġ kwantitattiv, stħarriġ kwalitattiv u test dettaljat tal-istorbju. Ġew ikkonsultati madwar 4,000 resident minn 6 ibliet / reġjuni kbar.

Abbord il-VTOL - speċikizazzjonijiet fil-qosor

L-ispeċifikazzjonijiet u l-approċċ għat-titjir tal-VTOLs se jkunu ddettaljati u se jikkonċentraw fuq is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-VTOLs fid-dawl tat-tip ta’ operazzjonijiet u l-effett li l-VTOLs se jkollhom fuq iċ-ċittadini. Diġà introduċejna xi wħud mill-ispeċifikazzjonijiet fl-artiklu tagħna “Il-Qtugħ mill-Art u l-Inżul Vertikali (VTOL)”.

Il-punti ta’ referenza ewlenin għall-ispeċifikazzjonijiet huma:

  • Propulsjoni u sistemi żejda, li jfisser li diversi sistemi qegħdin hemm biex iżidu l-affidabbiltà.
  • Kapaċi li jinżel u li jaqta’ mill-art b’mod vertikali biex jippermetti operazzjonijiet ġodda f’postijiet urbani beżlin / ambjenti bi spazju limitat
  • Sistemi u strutturi sikuri, biex tiżdied is-sikurezza f’każijiet ta’ ħsarat.
  • Għall-bidu l-VTOLs se jkollhom bdoti, dan se jiżgura li nkunu nistgħu niġbru l-esperjenza matul it-titjiriet bi bdot abbord, niġbru d-data u nkunu nistgħu nippreparaw għal VTOLs awtonomi ladarba jkollna rekord ta’ sikurezza stabbilit.

Disinni futuristiċi u sikuri li jfasslu s-smewwiet urbani tagħna

Id-dehriet huma importanti, iżda s-sikurezza qed tixpruna d-disinni u l-ispeċifikazzjonijiet u tiddetermina x’se jkun aċċettabbli. Minkejja dan, id-disinn u s-sikurezza jeżistu b’mod konġunt pjuttost tajjeb flimkien u hemm ħafna ideat ta’ disinni li se jkunu attraenti u sikuri fl-istess ħin.

L-EASA għandha l-VTOL “virtwali” tagħha stess, l-EU VTOL! Se tiltaqa’ mal-EU VTOL f’ħafna mill-artikli u l-informazzjoni tagħna biex nispjegaw l-aspetti tad-disinni u nagħtu kuntest għar-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sikurezza.

Se jkun hemm għadd kbir ta’ forom u disinni għall-VTOLs, iżda ċerti karatteristiċi se jiffurmaw ir-rekwiżiti bażiċi. Għaldaqstant, l-EU VTOL tagħna mhuwiex reali, u qatt mhu se jinbena - iżda aħna nemmnu li jkun tajjeb biex jittajjar!

Disinn ta’ VTOL

Muturi u rotors

Muturi u rotorsL-għadd ta’ muturi u rotors huma l-karatteristika li tiddistingwi VTOL minn Ħelikopter (jew b’mod aktar ġenerali inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors) li jista’ wkoll jinqata’ mill-art u jinżel b’mod vertikali. 

Il-VTOLs se jkollhom għadd akbar ta’ muturi u rotors biex jottimizzaw il-prestazzjoni u jipprovdu ridondanza għas-sikurezza, li jfisser li dejjem ikun hemm aktar muturi u rotors abbord milli meħtieġa biex titwettaq it-titjira bħala riżerva f’każ ta’ emerġenzi possibbli.

Għadd addizzjonali ta’ rotors iżid benefiċċju potenzjali ieħor għal xi disinni peress li tista’ topera aktar rotors b’inqas veloċità tal-ponta tal-pala, u tipprovdi l-istess irfigħ jew imbottatura iżda tiġġenera inqas storbju b’mod ġenerali.

Id-diversi muturi u rotors normalment jiġu distribwiti madwar il-VTOL sabiex il-forzi li jkunu jistgħu joħolqu rotazzjoni tal-qafas tal-ajruplan jiġu kkanċellati. B’riżultat ta’ dan, bosta VTOLs ma għandhomx bżonn rotor għad-denb bħall-ħelikopters konvenzjonali.

Il-kumdità u s-sikurezza għall-bdot u l-passiġġieri

Kabina tal-passiġġieriGħalkemm il-VTOLs beħsiebhom li f’xi stadju jsiru awtonomi b’mod sħiħ, l-ewwel VTOLs li se jippermettu xi tip ta’ trasport għall-passiġġieri se jkollhom bdot abbord. Ladarba r-rekords ta’ sikurezza għal tali titjiriet ikunu disponibbli u lesti biex jiġu analizzati, inkunu nistgħu nħarsu lejn titjiriet mingħajr bdot abbord.

Għalissa, se nħarsu lejn il-VTOLs li għandhom kabini tal-passiġġieri kondiviżi ma’ bdot u passiġġieri.

Agħti ħarsa lejn xi karatteristiċi u ara kif se jkun abbord VTOL.

Ir-regoli tekniċi inizjali għall-VTOLs huma maħsuba għal massimu ta’ 9 passiġġieri u bdot 1 jew 2. Il-kabina mhijiex taħt pressjoni peress li bosta titjiriet se jseħħu f’altitudni baxxa u f’tali każijiet il-maskri tal-ossiġenu mhumiex meħtieġa.

Iċ-ċintorini tas-sikurezza huma obbligu u jeħtieġ li jintlibsu mill-passiġġieri u mill-bdot meta meħtieġa għas-sikurezza. Skont ir-rotta għat-titjira, se jkun hemm abbord ġkieket tas-salvataġġ, ċattri tas-salvataġġ u tagħmir addizzjonali għas-sikurezza u l-VTOL se jkollu jsegwi settijiet addizzjonali ta’ rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni.

TrajettorjiIr-rotot tat-titjira, il-profili tal-qtugħ mill-art u tal-inżul u l-għanijiet tal-prestazzjoni se jkollhom rwol ewlieni għas-sikurezza. 

Batteriji li permezz tagħhom inkomplu ntiru (sikurezza fin-numru)

BatterijiBosta VTOLs ippjanaw li jużaw batteriji bħala s-sors ewlieni tal-enerġija tagħhom. Wieħed mill-ħafna rekwiżiti ta’ sikurezza se jiddikjara li abbord VTOL se jkun hemm aktar batteriji milli meħtieġa biex jiġi żgurat li l-provvista tal-enerġija tkun garantita, anke f’każijiet ta’ ħsarat. 

L-ispeċifikazzjonijiet mhux se jkunu limitati għal tip wieħed ta’ enerġija. Dan se jiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet, ir-regoli u r-rekwiżiti jkunu tajbin għall-futur u jkunu jistgħu jiġu adattati biex iżommu r-ritmu mal-bidliet tal-futur fit-teknoloġiji.

Materjali, ħfief iżda li ma jitkissrux malajr

MaterjaliIl-VTOLs jeħtieġ li joqogħdu attenti għall-piż tagħhom! L-użu ta’ materjali li huma ħfief u durabbli huwa l-qofol. 

B’mod ġenerali, il-materjali użati fil-produzzjoni tal-VTOLs qed jgħaddu minn diversi testijiet qabel ma jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati li jersqu, anke mill-bogħod, lejn il-passiġġieri.

B’mod partikolari, jeħtieġ li jżommu l-karatteristiċi tagħhom fil-kundizzjonijiet ambjentali u operazzjonali kollha li għalihom hu ċċertifikat il-VTOL.

Twieqi kbar u sbieħ

TwieqiIt-twieqi huma xi ħaġa oħra li jattiraw l-għajn f’ħafna mid-disinni tal-VTOL li rajna s’issa. 

Bil-bdoti li jridu jkunu konxji tal-ostakli u operaturi oħra tas-sema urbana matul il-fażijiet kollha tat-titjira, li jkollok twieqi kbar jgħin bl-iskrinjar viżwali li huwa essenzjali għas-sikurezza tal-bdoti u tal-passiġġieri.

U ovvjament, il-passiġġieri se jkunu jistgħu jgawdu aktar it-titjira tagħhom u jaraw żoni urbani minn perspettiva differenti.

Kontrolli tat-titjiriet għall-VTOLs bil-bdoti abbord

Għalkemm wieħed mill-għanijiet futuri tal-industrija huwa li tagħmel użu minn VTOLs awtonomi, l-ewwel VTOLs li se niltaqgħu magħhom xorta se jkollhom bdot abbord biex isuqu l-VTOL u l-ewwel jiġbru d-data dwar l-operazzjonijiet. Dan se jippermettilna li nevalwaw li l-ispeċifikazzjonijiet ikunu sikuri, biżżejjed, adegwati u faċli għall-utent.

Li jkollok diversi muturi u rotors jeħtieġ kontrolli avvanzati tat-titjiriet, b’kompjuters li jgħinu lill-bdot jikkontrolla l-muturi. Dan se jipprovdi opportunità biex jiġi ffaċilitat ukoll il-kompitu tat-titjir tal-VTOL.

Żomm ruħek infurmat u aġġornat - segwi EASA Light

L-EASA se tikkondividi l-informazzjoni l-aktar aġġornata dwar il-VTOLs, il-vertiportijiet u l-iżviluppi rilevanti għaċ-ċittadini u l-passiġġieri. Agħti ħarsa lejn l-artikli tagħna dwar il-VTOLs, id-droni u oqsma oħra fuq EASA Light.

Oħloq kont u segwina fuq EASA Light biex iżżomm ruħek aġġornat!