Ready to Fly

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Hekk kif l-Ewropej jibdew il-btala tas-sajf tagħhom, u l-ivvjaġġar bl-ajru jerġa’ jissokta wara l-pandemija tal-COVID-19, mhux kull vjaġġ ikun mingħajr xkiel kif tixtieq.

Ir-ritorn lejn il-volumi tal-ivvjaġġar bl-ajru ta’ qabel il-COVID-19 huwa kompitu kumpless u l-EASA qed taħdem mal-linji tal-ajru, l-ajruporti u l-industrija biex tiżgura li t-titjiriet jibqgħu sikuri minkejja dawn l-isfidi.

L-EASA nediet il-Kampanja “Ready to Fly” fi sforz kollaborattiv li jinvolvi organizzazzjonijiet mill-industrija tal-avjazzjoni biex tiffaċilitalek il-vjaġġ tiegħek. Ġbarna flimkien ftit suġġerimenti relatati mal-passi fil-vjaġġ tiegħek. Madankollu, ir-regola ewlenija li għandek tiftakar hija:

Jekk jogħġbok, kun ġentili mal-membri tal-persunal u l-passiġġieri l-oħra kollha

Ready to fly

Minkejja li r-restrizzjonijiet tal-COVID ittaffew f’ħafna sitwazzjonijiet, l-Ilbies tal-maskri mediċi għadu l-aħjar mod biex tipproteġi lilek innifsek u lill-oħrajn milli timrad bil-COVID-19 u għalhekk xi pajjiżi u linji tal-ajru jirrikjedu li tilbes il-maskra fuq l-ajruplan u mezzi oħra ta’ trasport. Iċċekkja r-regoli fis-seħħ tul il-passi kollha tal-vjaġġ tiegħek biex tiżgura li tkun ippreparat.

Iċċekkja, Kun af, Aħseb, Mur – suġġerimenti għal ivvjaġġar sikur

L-EASA ġabret flimkien xi suġġerimenti biex tgħin lill-passiġġieri jkollhom vjaġġ sikur u mingħajr xkiel. Agħti ħarsa lejn is-suġġerimenti biex tipprepara għall-vjaġġ tiegħek:

  • Lest għall-vjaġġ - Segwi s-suġġerimenti tagħna għal vjaġġ mingħajr xkiel
  • Waqt il-vjaġġ - Iċċekkja l-informazzjoni l-aktar reċenti u għin biex jitnaqqas it-tfixkil
  • Fl-ajruport - Kun ippreparat għal kull pass li trid tgħaddi minnu fl-ajruport
  • Fl-ajruplan - Il-membri tal-ekwipaġġ huma professjonisti mħarrġa sew u responsabbli mis-sikurezza tiegħek, segwi l-istruzzjonijiet tagħhom
Lest għall-vjaġġ

 

Lest għall-vjaġġ
  • IĊĊEKKJA r- Re-open EU biex tara liema rekwiżiti tal-ivvjaġġar huma fis-seħħ fil-pajjiż li inti beħsiebek iżżur (ir-rekwiżiti qed jinbidlu b’mod kontinwu, għaldaqstant ippjana minn qabel u erġa’ ċċekkja).
     
  • KUN AF xi trid tipprepara u tieħu miegħek qabel titlaq lejn l-ajruport (il-passaport, il-biljetti tat-titjiriet, id-dokumentazzjoni tal-COVID) u x’tistenna li se ssib fl-ajruport (ikkalkula aktar ħin għal kollox, minħabba għadd potenzjalment inqas ta’ membri tal-persunal).
     
  • AĦSEB dwar it-triq tiegħek lejn l-ajruport (it-trasport pubbliku, fejn se tipparkja), minn liema terminal se titlaq u l-affarijiet li jeħtieġ li tagħmel hekk kif tasal fl-ajruport.
     
  • MUR u kun ippreparat.
Waqt il-vjaġġ

 

Waqt il-vjaġġ
  • AGĦMEL CHECK-IN qabel ma tasal fl-ajruport, jekk tkun tista’, anki jekk għad trid tħalli l-bagalji fid-drop-off u pprintja l-karti tal-imbarkazzjoni jew ara li jkollok kopja diġitali jew screenshot tagħhom.
     
  • KUN AF x’ħin trid tasal fl-ajruport - attwalment bejn sagħtejn u tliet sigħat qabel it-tluq jidher li jkun ħin xieraq, iżda jekk tkun f’dubju erġa’ ċċekkja mal-linja tal-ajru tiegħek. Meta passiġġier jasal fl-ajruport ħafna sigħat qabel it-titjira jista’ potenzjalment iżid il-kjuwijiet u l-ħin ġenerali ta’ stennija.
     
  • AĦSEB u itlob l-assistenza tal-ajruport jekk għandek diżabilità ġenwina jew diffikultà relatata ma’ mobilità. Ir-regoli dwar il-likwidi u l-oġġetti perikolużi għadhom japplikaw, għaldaqstant ippjana għal dan ir-rigward.
     
  • MUR u ibda l-vjaġġ tiegħek.

 

 

Fl-ajruport

 

Fl-ajruport
  • IĊĊEKKJA liema huwa l-ajruport tat-tluq: minn fejn trid tgħaddi għaċ-check-in, għall-kontrolli tas-sigurtà u għall-gate. L-aktar importanti, ħu ħsieb il-bagalji tiegħek u li għandek id-dokumenti importanti f’kull ħin.
     
  • KUN AF il-ħin tal-imbarkazzjoni tat-titjira tiegħek u agħti biżżejjed ħin biex tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà u tmur fil-gate.
     
  • AĦSEB dwar kif l-azzjonijiet tiegħek jistgħu jħallu impatt fuq l-oħrajn: il-konsum żejjed ta’ alkoħol mhuwiex idea tajba.
     
  • MUR u żomm lilek innifsek sikur fl-ajruport.
Fl-ajruplan

 

Fl-ajruplan
  • IĊĊEKKJA n-numru tal-post tiegħek fuq l-ajruplan u kun af liema huwa l-eqreb bieb tal-ħruġ. 
     
  • KUN AF li l-istruzzjonijiet min-naħa tal-ekwipaġġ qegħdin hemm għall-benefiċċju u s-sikurezza tiegħek, kun ċert li ssegwihom.
     
  • AĦSEB u isma’ l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza, l-informazzjoni li tirċievi tista’ ssalvalek ħajtek.
     
  • MURu gawdi l-vjaġġ tiegħek.