It-titjir ta’ dron - Kif tkun pilota sikur ta’ dron

THIS PAGE IS ALSO AVAILABLE IN:

Image
EASA Drone video Donnie Paul

Vidjo ta’ Donnie & Paul

Ara l-vidjo ta’ Paul bid-dron il-ġdid tiegħu Donnie biex tara kif tista’ ssir pilota sikur u responsabbli ta’ dron u kif tkun konformi mar-Regoli Ewropej il-ġodda dwar id-Droni.

It-titjir ta’ dron jista’ jkun pjaċevoli ħafna. Iżda bħala pilota ta’ dron issa int utent ġdid ieħor tas-smewwiet traffikużi. Huwa importanti li inti tkun taf kif ittajjar id-dron tiegħek b’mod sikur u legali.

Ir-Regoli Ewropej dwar id-Droni 

L-industrija tad-droni qed tiżviluppa b’pass mgħaġġel u għandha potenzjal kbir għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u għat-tkabbir. Id-droni jinkludu inġenju tal-ajru kbir ħafna li jixbah lill-ajruplani normali fid-daqs u l-kumplessità, kif ukoll droni żgħar ħafna li ta’ spiss jintużaw bħala ġugarelli. Dawk iżgħar qegħdin jintużaw dejjem aktar b’mod speċjali fl-Unjoni Ewropea. 

L-EASA fasslet regoli Ewropej biex tiżgura li l-operaturi tad-droni - kemm jekk rikreazzjonali jew professjonali - ikollhom fehim ċar dwar x’inhu permess u mhux. Il-piloti tad-droni se jkunu jistgħu jużaw id-droni tagħhom fil-pajjiżi kollha tal-UE jew meta jibnu negozju li jinvolvi d-droni madwar l-Ewropa.